“Ir-residenti se jgħixu fid-dell biex iħaxxnu bwiethom 4 min-nies” – Cassola

Il-kandidat indipendenti għal MEP, Arnold Cassola mar Bajja San Ġorġ u ħdejn il-binja li qabel kienet isservi bħala skola tal-ITS wara d-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ mit-Tribunal tal-Appell tal-Awtorità tal-Ippjanar li tapprova mill-ġdid il-proġett tal-Grupp db bil-kundizzjoni li jsiru xi arranġamenti. Hu sostna li r-residenti ta’ Pembroke se jispiċċaw jgħixu fid-dell biex iħaxxnu bwiethom erba’ min-nies.

Insista li din mhix il-Malta li jixraqlu l-poplu, iżda jrid li l-poplu u l-kwalità tal-ħajja jiġu l-ewwel, filwaqt li l-ambjent jinżamm nadif.

Aġġornata: Approvat mill-ġdid il-proġett tal-Grupp db