​Ir-Repubblika tal-Korea l-ewwel finlista fit-Tazza Ażjatika

It-tim tar-Repubblika tal-Korea kiseb postu fil-finali, wara li għeleb lil Iraq bl-iskor ta’ 2-0.
Lee Jeong-hyeop fetaħ l-iskor fl-għoxrin minuta u Kim Young-gwon issiġilla r-rebħa fil-ħamsin minuta.
Il-Korejani waslu sal-finali billi rebħu l-logħob kollu u ma qalgħu l-ebda gowl f’din il-kompetizzjoni.
L-aħħar li rebħu din it-tazza kien fl-1960 u kienu finalisti l-aħħar fl-1988.
Illejla nkunu nafu min bejn l-Awstralja u l-Arab Emirati Magħquda se jkun il-finalist avversarju nhar is-Sibt li ġej.