Ir-Renju Unit u l-UE bi qbil fuq parti kbira mill-ftehim dwar Brexit

Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom kemm qablu dwar parti kbira mill-ftehim li se jwassal għall-Brexit.
Skont in-negozjanti tal-Brexit, Michel Barnier u David Davis, il-ftehim dwar dak li r-Renju Unit qed isejjaħ bħala l-perjodu tal-implementazzjoni kien pass deċiżiv.
Il-perjodu ta’ transizzjoni se jibda fid-29 ta’ Marzu tal-2019 sa Diċembru tal-2020, liema transizzjoni se tkun qed tħalli ċans li tibqa’ relazzjoni b’saħħitha bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-futur.
Barnier qal li hemm ukoll ftehim dwar id-drittijiet tal-4.5 miljun ċittadin Ewropew li qed jgħix fir-Renju Unit u l-1.2 miljun ċittadin mir-Renju Unit li qed jgħixu f’pajjiżi Ewropej, li jinkludu li dawk kollha li jmorru fir-Renju Unit fil-perjodu ta’ transizzjoni jkollhom l-istess drittijiet u garanziji daqs dawk li waslu qabel Brexit.