Ir-Renju Unit u Franza b’iktar imwiet mill-Italja u Spanja f’jum

REUTERS/Flavio Lo Scalzo/

Ir-Renju Unit u Franza lbieraħ kellhom rekord ta’ iżjed imwiet bil-coronavirus mill-Italja u Spanja f’jum. Ir-Renju Unit kellu rekord ta’ 980 mewt, filwaqt li Franza rreġistrat 1,417-il mewt.

L-Italja kellha r-rekord ta’ mwiet tagħha kważi ġimagħtejn ilu, meta mietu 971 persuna f’ġurnata, filwaqt li r-rekord ta’ Spanja hu ta’ 950.

It-total ta’ mwiet tal-bieraħ kien l-agħar għar-Renju Unit s’issa. It-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom bil-coronavirus issa laħaq it-8,958. Franza kellha iżjed imwiet reġistrati, 1,417-il mewt, iżda dawn jinkludu xi persuni li mietu ġo djar tal-anzjani fil-jiem ta’ qabel li ma kinux ingħaddu.

Intant, fl-Istati Uniti, in-numru ta’ każijiet qabeż in-nofs miljun.