Ir-Renju Unit se jipprojbixxi vetturi bid-diesel u bil-petrol

Il-Gvern tar-Renju Unit se jipprojbixxi vetturi ġodda li jaħdmu bid-diesel u bil-petrol mill-2040 ’il quddiem.
Dan sabiex jindirizza l-problema tat-tniġġis tal-arja.
Huwa qal li l-ministri se jniedu fond ta’ €285 miljun f’għajnuna lill-kunsilli biex jindirizzaw l-emmissjonijiet tal-vetturi bid-diesel.
Il-Gvern se jippubblika l-istateġija għal arja nadifa, wara li l-Qorti ordnat lill-Gvern biex jippjana ħalli jikkontrolla l-livelli tad-dijossidu tan-nitroġenu.