Ir-Renju Unit se jiftaħ il-bieb għal tfal mhux akkumpanjati mis-Sirja

Ir-Renju Unit ħabbar li se jilqa’ għandu iktar tfal mis-Sirja u minn pajjiżi oħra f’kunflitt, imma l-Gvern mhux se jilqa’ t-talba li jaċċetta 3,000 tifel u tifla mhux akkumpanjati li diġà jinsabu f’pajjiżi oħra tal-UE.
Id-dikjarazzjoni tar-Renju Unit tidher li hi kompromess bejn it-talbiet tal-UE u tan-Nazzjonijiet Magħquda, li se tkun din li flimkien mal-Gvern Ingliż, jiddeċiedu fuq in-numru eżatt ta’ tfal mhux akkumpanjati li se jintlaqgħu fil-pajjiż.
Dan se jkunu addizzjonali għall-20,000 refuġjat mis-Sirja li r-Renju Unit diġà aċċetta li jilqa’ sa erba’ snin oħra.