“Ir-Renju Unit qed jagħmel biżżejjed għall-Kristjani ppersegwitati?”

Jeremy Hunt, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż, qal lir-Renju Unit għandu jagħmel iktar biex jgħin fid-dawl taż-żieda kostanti fil-persekuzzjoni tal-Kristjani madwar id-dinja.

Skont l-organizzazzjoni tal-Knisja Aid to the Church in Need, kważi 300 miljun Kristjan huma ppersegwitati bħalissa. L-organzzazzjoni kontra l-persekuzzjoni Open Doors ukoll ħarġu figura ta’ 215-il miljun Kristjan li ġew ippersegwitat is-sena l-oħra. 3,000 Kristjan kienu maqtula minħabba t-twemmin tagħhom fl-2017.

Hunt staqsa lill-Isqof ta’ Truro, Dun Philip Mounstephen, biex imexxi inkjesta independenti biex tara jekk il-Gvern Ingliż hux jagħmel biżżejjed, u x’passi prattiċi jistgħu jittieħdu biex jiżdied l-appoġġ għall-Kristjani ppersegwitati.