Ir-Renju Unit mhux jintroduċi kontrolli tal-fruntieri mal-UE fl-1 ta’ Jannar

Kirsty Wigglesworth/Pool via REUTERS

Read in English.

Ir-Renju Unit abbanduna l-pjan tiegħu li jintroduċi kontrolli sħaħ fuq il-fruntiera mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar hekk kif il-ministri Ingliżi qed isibu pressjoni min-negozji biex ma jiżdiedx il-kaos diġà kkawżat mill-pandemija tal-koronavirus, skond rapport ippubblikat fil-gazzetta Financial Times.

Minflok, ir-Renju Unit se jintroduċi “reġim ta’ kuntatt ħafif” temporanju f’portijiet bħal Dover għall-oġġetti li jidħlu fl-UE, irrappurtat il-gazzetta filwaqt li żiedet li dan se jseħħ, ikun hemm jew ma jkunx hemm ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-UE.

Il-gazzetta qalet li uffiċjali ammettew, madankollu, li merkanzija li toħroġ lejn l-UE mir-Renju Unit tista’ tiffaċċja kontrolli sħaħ hekk kif jidħlu fi Franza.

Ir-Renju Unit telaq mill-UE fil-31 ta’ Jannar u ftit kien il-progress li sar fit-taħdidiet dwar ftehim kummerċjali, qalu n-negozjaturi.

Il-Financial Times ikkwotat uffiċjali mhux identifikati li qalu li dwar dak li għandu x’jaqsam kontrolli mal-fruntiera, hemm mnejn titħabbar deċiżjoni nhar il-Ġimgħa qabel il-pjan biex l-Ingilterra ssaħħaħ it-tħejjijiet tagħha għal dak li jidher li se jkun xenarju fejn sa Lulju mhux se jkun għadu intlaħaq l-ebda ftehim.

L-approċċ mistenni jkun simili għall-arranġamenti bla ftehim li tfasslu f’Settembru tas-sena l-oħra, fejn id-dħul tal-merkanzija ingħata prijorità fuq il-il-formalitajiet mal-konfini, qalet il-FT.

L-oġġetti agrikoli ma jidhirx li se jaqgħu taħt il-Border Inspection Posts (BIPs) fil-port jew viċin filwaqt li l-prodotti tal-annimali jistgħu ma jkunux mitluba li jkollhom ċertifikati tas-saħħa, skont il-pjanijiet irrappurtati mill-gazzetta.

Il-pjanijiet se jħallu l-merkanzija kkontrollata tiffaċċja kontrolli immedjati filwaqt li l-merkanzija industrijali hija mistennija li tibbenefika minn miżuri tranżitorji li jdewmu l-ħtieġa għal dikjarazzjonijiet doganali u jipposponu l-ħlasijiet tad-dazji doganali.

L-iżvilupp juri bidla minn dak li kien diskuss fi Frar li għadda meta l-Gran Brittanja kienet qalet li ppjanat li tintroduċi kontrolli tal-importazzjoni fuq oġġetti tal-UE fil-fruntiera wara li l-perjodu ta’ transizzjoni tagħha wara l-Brexit jintemm fil-31 ta’ Diċembru.