Ir-Renju Unit lest jieħu azzjoni fis-Sirja

David Cameron qiegħed isostni li kull azzjoni fis-Sirja hija legalment ġusta sakemm issir fuq bażi umanitarja.

Dokument tal-Gvern Brittanniku juri li din l-azzjoni tista ssir anka mingħajr l-approvazzjoni tal-Ġnus Magħquda.

Cameron qal li jekk il-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda ma japprovax l-intervent militari, ir-Renju Unit se jieħu azzjoni xorta waħda.

Filfatt sitt ajruplani tal-gwerra waslu Ċipru bħala miżura ta’ kontrattakk għall-vapuri Russi li waslu fil-baħar Mediterran.

Fl-istess ħin it-tensjoni fis-Sirja qed tkompli tikber.