Ir-Renju Unit jgħin lil-Libja ġdida

Ir-Renju Unit offra £10 miljun, ekwivalenti għal €12-il miljun, biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-Libja.
L-aħbar ingħatat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ingliż, Phillip Hammond, li ltaqa’ mal-Aġent Prim Ministru Libjan, Faiez Serraj, fi Tripli.
Parti mill-fondi huma ntiżi li jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar u l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Ġermanja wkoll wegħdet €13-il miljun lill-Gvern ta’ unità nazzjonali Libjan f’għajnuna favur stabilità tal-Libja.