Ir-Renju Unit japprova l-vaċċin tal-Oxford University/Astra Zeneca

Read in English.

Ir-Renju Unit ħabbar l-approvazzjoni tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li ġie żviluppat mill-Univeristà ta’ Oxford u mill-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca hekk kif il-pajjiż qed jaffaċċja żieda fil-każi minħabba l-varjant ġdid – u aktar kontaġjuż – tal-coronavirus.

Bl-approvazzjoni ta’ dan il-vaċċin, ir-Renju Unit qed jimmira li jħaffef il-proċess ta’ vaċċinazzjoni b’mod sinifikanti.

B’kuntrast mal-vaċċin tal-BioNTech/Pfizer – li jeħtieġ li jinżamm f’temperaturi ta’ bejn -60 u -80°C – u tal-Moderna – li jrid jiġi ttrasportat f’temperaturi ta’ -20°C – il-vaċċin ta’ Oxford University/Astra Zeneca għandu bżonn biss refriġerazzjoni normali (2-8°C). B’hekk jista’ jiġi distribwit ħafna aktar faċilment.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Medicines and Healthcare products Regulatory Agency (MHRA) waslet ġurnata wara li l-gvern Brittanniku approva restrizzjonijiet ġodda biex irażżan it-tixrid tal-Covid-19.