Read in English.
Il-Renju Unit se jibda jagħti t-tilqima lin-nies kontra COVID-19 bil-vaċċin Pfizer, il-ġimgħa d-dieħla, wara li r-regolatur tal-pajjiż approva l-vaċċin iktar kmieni llum. Dan ħabbru l-ministru tas-saħħa Matt Hancock.
“Mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla se nibdew programm ta’ tilqim ta’ nies kontra COVID-19,” qal hu meta kien intervista minn Sky News, f’dik li ddeskriva bħala “aħbar meraviljuża”.
L-Erbgħa l-Ingilterra saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li approva l-vaċċin COVID-19 manifattura u riċerkat minn Pfizer-BioNTech.
Il-vaċċin huwa meqjus bħala l-aħjar ċans għad-dinja li terġa’ lura għal xi dehra ta’ normalità fid-dawl tal-pandemija globali li qatlet kważi 1.5 miljun ruħ u dgħajfet l-ekonomija globali.
“Il-gvern illum aċċetta r-rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Regolatorja indipendenti tal-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa (MHRA) biex tapprova l-vaċċin COVID-19 ta’ ‘Pfizer-BioNTech għall-użu,” qal il-gvern.
“Il-vaċċin se jkun disponibbli madwar ir-Renju Unit mill-ġimgħa d-dieħla.”
Il-kumitat tal-vaċċin tal-Ingilterra se jiddeċiedi liema gruppi ta’ prijorità se jiksbu l-ewwel tilqima bħal residenti fid-djar tal-kura, persunal tas-saħħa u tal-kura, l-anzjani u nies li huma klinikament estremament vulnerabbli.
Pfizer qal li l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ emerġenza tal-Ingilterra timmarka mument storiku fil-ġlieda kontra COVID-19.