Ir-Renju Unit jappoġġja l-attakk tal-Istati Uniti fuq is-Sirja

Ir-Renju Unit qal li jappoġġja l-attakk imwettaq mill-Istati Uniti fuq is-Sirja.
L-Istati uniti attakka lis-Sirja b’reazzjoni għall-attakk kimiku li seħħ nhar it-Tlieta li għadda.
Kelliem għall-Gvern Ingliż qal li jemmen li l-attakk kien risposta bżonjuża minħabba l-użu barbaru ta’ armi kimiċi fl-attakk mir-reġim Sirjan fuq niesu.
Is-Segretarju għad-Difiża qal li minkejja li r-Renju Unit kien jaf bl-attakk ma kienx mitlub biex jieħu sehem.
Matul il-lejl li għadda l-forzi militari tal-Istati Uniti sparaw 59 missila lejn bażi tal-ajru Sirjana minn żewġ destroyers tan-navy stazzjonati fin-naħa Lvantija tal-Mediterran.
Min-naħa tagħha, ir-Russja qalet li mhux se tattakka hi wkoll lis-Sirja u ddeskriviet l-attakk bħala aggressjoni kontra nazzjon sovren.
Kelliem għar-Russja qal li żgur ma jistgħux jirrispondu għall-attakk mill-Istati Uniti billi jżiedu l-attakki.