Ir-Renju Unit irid li jintlaħaq qbil fuq l-aktar aspetti sempliċi ta’ Brexit

FILE PHOTO: REUTERS/Hannibal Hanschke/File Photo

Ir-Renju Unit irid li jiftiehem l-aktar partijiet sempliċi tar-relazzjonijiet tiegħu mal-Unjoni Ewropea biex b’hekk jinħoloq momentum fin-negozjati. Dan qalu l-kelliem ta’ Boris Johnson ilbieraħ meta kien mistoqsi dwar it-taħditiet li s’issa jidher li ma wasslu mkien.

“L-UE qed tkompli tinsisti li rridu niftehmu fuq oqsma diffiċli bħar-regoli dwar l-għajnuna tal-istat qabel ma nistgħu nkomplu ninnegozjaw fuq affarijiet oħra, inkluż fuq testi legali”, żied jgħid.

“Minflok, nistgħu niftehmu fuq kwistjonijiet iktar sempliċi bl-għan li nagħtu spinta lin-negozjati għaliex iż-żmien qed jagħfas għal kulħadd”. 

Dan b’referenza għall-fatt li l-perjodu ta’ transizzjoni biex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni jasal formalment fi tmiemu fl-aħħar ġurnata ta’ din is-sena.