Ir-Renju Unit iħejji biex il-vaċċin jitqassam qabel il-Milied

Read in English.

Is-servizz pubbliku tas-saħħa fl-Ingilterra qed iħejji biex jibda jqassam vaċċini għall-COVID qabel il-Milied, f’każ li xi wieħed minn dawk li qed isiru testijiet fuqhom ikun lest sa tmiem is-sena, ħabbar il-kap tan-National Health Service (NHS).


“Bħalissa hemm aktar minn mitejn vaċċin li qed jiġu żviluppati… għandna għaliex inkunu ottimisti li uħud minn dawn se jkunu disponibbli, ċertament sa mill-bidu tas-sena d-dieħla,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-NHS fl-Ingilterra, Simon Stevens, f’intervista ma’ BBC Radio.

“Biex inħejju bil-quddiem, qed naraw li nkunu nistgħu nibdew namministraw il-vaċċin anke qabel il-Milied, jekk dan ikun possibbli.”