Ir-Relikwa ta’ San Lawrenz Martri fil-Birgu u f’Għawdex

Ir-Relikwa bid-demm ta' San Lawrenz se tkun f'Malta bejn l-24 u t-28 ta' Lulju.
Il-Parroċċi ta' San Lawrenz fil-Birgu u f'San Lawrenz f'Għawdex ippreparaw programm intensiv.
Ir-relikwa se tasal Malta nhar il-Ħamis 24 ta' Lulju, bl-ewwel post li żżur ikun il-monasteru tal-Benedittini fil-Birgu. Fis-7pm l-Arċisqof Pawlu Cremona se jikkonċelebra quddiesa fil-Knisja tal-Birgu. 
L-għada l-Ġimgħa, fit-3.30pm isir l-għasar u wara toħroġ ir-relikwa mill-Knisja biex minn hemm tittieħed Għawdex permezz ta' lanċa. 
Fis-6.15pm ir-relikwa tasal f'San Lawrenz u tiġi akkumpanjata lejn il-Knisja għall-għasar u quddiesa. 
Il-Ħadd 27 ta' Lulju fis-6pm isir Pontifikal immexxi mill-Isqof ta' Għawdex Mario Grech.