“Ir-reliġjon qatt m’għandha twassal għall-vjolenza” – Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li r-reliġjon qatt m’għandha tkun il-kawża tal-vjolenza u l-gwerrer.
Illum il-Papa Franġisku beda ż-żjara ta’ sitt ijiem fil-kontinent Ażjatiku, b’enfasi li l-Knisja Kattolika għandha rispett lejn ir-reliġjonijiet l-oħra kollha.
Meta kien qed jitkellem mal-mexxejja spiritwali fi Sri Lanka, il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li għar-raġuni tal-paċi, it-twemmin qatt m’għandu jkun abbużat għall-kawża ta’ vjolenza u gwerer.
Franġisku saħaq li l-komunitajiet għandhom jgħixu bis-sħiħ mal-prinċipji ta’ paċi li jeżistu f’kull reliġjon u tkun iddikjarata pubblikament kull xorta ta’ vjolenza.
Aktar kmieni mal-wasla tiegħu fi Sri Lanka, il-Papa Franġisku saħaq dwar l-importanza tat-tfittxija għall-verità, mhux biex jinfetħu feriti antiki, imma bħala ħtieġa biex jiġu promossi l-ġustizzja, il-fejqan u l-għaqda.
Il-kelliem għall-Vatikan Patri Federico Lombardi ikkonferma li l-Papa Franġisku ta’ 78 sena ħassu għajjien f’xi mumenti wara l-vjaġġ twil li kellu, iżda issa jinsab f’saħħtu.