Ir-relazzjoni Papali bejn l-Arġentina u l-Iżvizzera

Karikatura ħelwa li turi lill-gwardji tal-Papa, li huma magħrufa bħala Gwardji Żvizzeri u lill-Papa Franġisku li huwa Arġentin, kif se jsegwu b’interess il-konfront tal-lum.
Wisq probabli l-Papa Franġisku se jsegwi l-logħba flimkien mal-Gwardji Żvizzeri.
Dan jixhdu fatt li kien ġara f’April tas-sena l-oħra, meta Papa Franġisku daħal f’sala u sab Gwardja Żvizzera bilwieqfa.
Meta l-Papa saqsih jekk għamilx xi lejl bilwieqfa, dan wieġbu iva għax hekk huma l-ordnijiet għas-sigurtà tal-Papa stess.
Il-Papa kien pront wieġbu lura u ordnalu biex ipoġġi bilqiegħda u kiel biċċa ħobż miegħu.
Minbarra l-Papa Franġisku, Messi wkoll għandu relazzjoni fil-passat mal-Iżvizzera.
Fil-fatt fis-17 t’Awwissu tal-2005, Messi kellu d-debutt internazzjonali tiegħu fl-Iżvizzerra kontra l-Ungerija u kellu joħroġ 47 sekonda wara.
Seba’ snin wara, fid-29 ta’ Frar tal-2012, kellu dehra aħjar meta f’Bern, l-Arġentina għelbu lill-Iżvizzera bl-iskor ta’ 3-1 u b’tripletta tal-istess Messi.
L-Arġentina u l-Iżvizzera kienu ltaqgħu fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1966, bl-Arġentini li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.