​Ir-relazzjoni ma’ Malta mhux se tinbidel wara Brexit – David Davis

Waqt laqgħa li kellu mal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, is-Segretarju tal-Istat għall-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea David Davis qal li r-relazzjoni tajba u mill-qrib ma’ Malta mhux se tinbidel wara Brexit.
Waqt il-laqgħa li saret f’Malta llum, Davis qal li Malta għandha post speċjali f’qalb ir-Renju Unit.
Joseph Muscat stqarr li hemm bżonn is-sens komun sabiex ikun hemm soluzzjoni ekwa mhux biss għar-Renju Unit, iżda biex fl-istess waqt jiġu mħarsa l-prinċipji kollha Ewropej.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott