Ir-relazzjoni bejn Pogba u Mourinho tmur għall-agħar

“Meta żewġ persuni rashom iebsa jimplikaw flimkien!” – Dan kien it-titlu tal-gazzetta Brittanika Star Sport illi ddeskriviet f’artiklu esklussiv il-pika li teżisti bejn il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho u l-midfielder offensiv Paul Pogba.
Hekk kif il-kowċ Portugiż iddeċieda li jpoġġi lill-eksplejer ta’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti, pront waslet ir-risposta ta’ dan tal-aħħar li qal illi akkost ta’ kollox jixtieq jibqa’ mar-RedDevils.
Is-sitwazzjoni bejn iż-żewġ partijiet saret agħar milli mistenni hekk kif Pogba ftit qed jilgħab taħt Mourinho. Il-plejer Franċiż jixtieq jilgħab regolari matul it-Tazza tad-Dinja li ġej u għalhekk jixtieq jingħata aktar ċans fl-ewwel ħdax tar-RedDevils.