​Ir-regoli tax-Schengen lura għan-normal

Il-Gvern ħabbar li l-kontrolli temporanji tal-fruntiera li kienu daħlu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2015 issa waqfu.
Is-sistema rritornat lura għan-normal, imħaddma hekk kif mitluba mir-regoli tas-Schengen.
Dawn il-kontrolli kienu daħlu fis-seħħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u fit-Terminal tal-Passiġġieri fil-Belt Valletta għal tluq u wasliet minn Stati fiż-żona Schengen.
Fl-aħħar jiem il-komunità internazzjonali żammet allert minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena f’diversi ibliet madwar l-Ewropa.
Il-Gvern tenna li Malta qatt ma kellha theddid fuqha, u b’hekk kien f’pożizzjoni li jħabbar li r-regoli tax-Schengen issa reġgħu jinsabu fis-seħħ.