Ir-Reġina kburija b’dak li rnexxielu jġib il-Commonwealth mill-1949

Ir-Reġina Eliżabetta II tinsab kburija ħafna b’dak li ġab il-Commonwealth.
Ir-Reġina dalgħodu fetħet iċ-CHOGM f’Malta b’ċerimonja fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi.
Qalet li tibqa’ tgħożż iż-żmien li fih mexxiet il-grupp ta’ 53 pajjiż li jiffurmaw il-Commonwealth u kienet kburija ħafna b’dak li rnexxielu jġib il-Commonwealth għal ħafna pajjiżi madwar id-dinja.
Fid-diskors tagħha r-Reġina rringrazzjat lill-Gvern Malti u liċ-ċittadini għas-sapport li dejjem taw lill-Commonwealth.
Saħqet li ċ-ċokon tal-pajjiż ma jkejjilx il-qawwa morali li għandhom il-Maltin.
Fid-diskors tagħha hija tkellmet b’simpatija dwar iż-żmien li qatgħet f’Malta wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Spjegat li l-ewwel darba li ġiet Malta kien propju fl-1949, is-sena li fiha ġie mwaqqaf iċ-CHOGM.
Ritratti: DOI