Ir-Reġina Eliżabetta tagħmel photobomb lil żewġ atleti

Ġieli kont qed tieħu stessu u xi ħadd daħal minn warajk apposta mingħajr ma ndunajt? Jekk ġieli għamlulek hekk żgur li ma ġralekx bħal dawn iż-żewġ atleti.
Żewġ plejers tal-tijm Awstraljan tal-hockey li bħalissa qed jieħdu sehem fil-logħob tal-Commonwealth iddeċidew li jieħdu stessu. Iżda meta raw ir-ritratt indunaw li r-reġina Eliżabetta, li dak il-ħin kienet qed iżżur il-logħob, iddeċidiet li tagħmlilhom photobomb u tippoża magħhom.
Jekk ġeneralment persuna tinħaraq meta xi ħadd jagħmlilha photobomb, żgur li ma kienx il-każ għal dawn iż-żewġ atleti.