Ir-Reġina Eliżabetta II tinżamm fi sptar taħt osservazzjoni

Ir-Reġina Eliżabetta II inżammet fi sptar f’Londra bħala prekawzjoni, għall-ewwel darba f’għaxar snin.

Hi kienet qed issofri minn infjammazjoni tal-imsaren.

Kelliem għall-familja Rjali qal li madankollu ir-Reġina tinsab f’kundizzjoni tajba.

Kull appuntament u żjara li kien skedat għal din il-ġimgħa, tħassar jew ġie pospost.