Ir-Reġina Eliżabetta II tħassar żjara li kienet se tagħmel fi Swansea

Fir-Renju Unit, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni kellha tħassar żjara li kienet se tagħmel fi Swansea, fil-jum li fiħ jiġi ċċelebrat Jum San David, wara li soffriet minn gastro-enterite, infjammazzjoni fl-istonku.

Il-Palazz Irjali qal li r-Reġina li għandha 86 sena llum kienet se żżur lill-membri preżenti tat-Tielet Battaljun The Royal Welsh.

Hija se tgħaddi dawn il-jumejn li ġejjin f’Windsor. Mhux tas-soltu li r-Reġina ma tattendix appuntament uffiċjali. L-aħħar darba, kien ħames xhur ilu meta soffriet minn uġigħ f’daharha.