Ir-Reġina Eliżabetta II jista’ jkollha toħroġ mill-Palazz

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni jista’ jkollha toħroġ mill-Palazz ta’ Buckingham sabiex isir xogħol ta’ manutenzjoni, bi spiża ta’ €211-il miljun.
Din l-ispiża qed titqies bħala ‘sfida finanzjarja sinifikanti”.
Il-Palazz ilu ma jsirlu tisbieħ mill-1952, is-sena meta Eliżabetta II saret Reġina.
Ix-xogħlijiet li qed jissemmew jinkludu sistemi ġodda ta’ dawl u ilma, kif ukoll tneħħija ta’ għadd kbir ta’ asbestos.
Għat-tieni sena konsekuttiva, il-monarkija Ingliża swiet lill-poplu Ingliż €50.3 miljun.