Ir-Regatta tintrebaħ mill-Marsa

Illum saret ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien 2013. It-tlielaq saru ġimgħa qabel il-ġurnata propja minħabba li fil-31 ta’ Marzu se jiġi ċċelebrat l-Għid u b’hekk ma jkunx hemm tfixxkil fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din il-festa reliġjuża.

Fil-Kategorija Open, ix-Shield intrebħet mill-Marsa b’66 punt. Fit-tieni post ġew Bormla b’40 punt u l-Kalkara spiċċaw fit-tielet post bi 22 punt.

Ir-rebbieħa tax-Shield tal-Kategorija ‘B’ kienu l-Isla b’56 punt. Fit-tieni post ġew Bormla b’42 punt u fit-tielet post spiċċaw Marsamxett b’36 punt.

Il-kompetituri kienu Birżebbugia, Birgu, Bormla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u l-Isla.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.