Ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir ġimgħa qabel

Illum ġiet imnedija r-regatta ta’ Jum il-Ħelsien.

Ir-regatta din is-sena se ssir ġimgħa qabel, peress li l-31 ta’ Marzu ser ikun l-Għid il-Kbir. Għalhekk bi qbil mal-klabbs tar-regatta din tressqet u ser issir is-Sibt 23 ta’ Marzu.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Dr. Stefan Buontempo qal li r-regatta hija potenzjal għar-riġenerazzjoni soċjali taż-żona tal-Port il-Kbir.

Dr. Buontempo qal li r-regatta hija ħolqa ma’ avvenimenti oħrajn biex pajjiżna jkompli jiżviluppa turiżmu sostenibbli, turiżmu msejjes fuq il-parteċipazzjoni attivà tal-poplu.

Żied jgħid li r-regatta hija wkoll parti minn katina li permezz tagħha l-pajjiż jista’ jifrex is-swieq turistiċi tiegħu biex b’hekk jattira aktar turiżmu sportiv. Faħħar l-inizzjattiva ta’ Klabbs bħal dak ta’ Bormla li ġabu fondi mill-Unjoni Ewropea.