Ir-referis iwasslu l-messaġġ kontra l-vjolenza fl-isport

Mil-lum 4 ta’ April sal-10 ta’ April, ir-referis u l-assistenti lokali involuti f’partiti tal-futbol, qabel il-bidu tal-logħba se jilbsu flokk oranġjo, bil-kliem No Referees, No Sport – Respect Please.
L-MFRA ħadet din l-inizjattiva bil-għan li kulħadd juri aktar rispett lejn l-uffiċjali tal-partita li huma parti essenzjali mil-logħba tal-futbol.
Dan il-messaġġ għandu jwassal biex il-logħba tal-futbol tkun dejjem aktar ħielsa minn kull tip ta’ vjolenza, sew fiżika u kif ukoll dik verbali.
Il-Malta Football Association tingħaqad mal-MFRA f’din l-inizjattiva’ u tappella li fil-futbol għandu jirrenja l-Fair Play u r-Rispett.
L-MFA u l-membri kollha tagħha jqisu r-rispett bejn il-plejers, l-amministraturi, il-partitarji u l-uffiċjali tal-logħba bħala priorita’ u ħadd m’għandu jmur kontra dan il-prinċipju mħaddan mill-familja kollha tal-futbol.