Ir-rebħa ta’ Liverpool tkompli żżid il-pressjoni fuq West Ham

Liverpool imxew 19-il punt fuq quddiem tal-klassifika tal-Premier League b’rebħa li kompliet żiedet il-pressjoni fuq West Ham li qegħdin fil-qigħ tal-klassifika.

Mohamed Salah skurja l-ewwel gowl fl-ewwel taqsima grazzi għal penalty u Alex Oxlade-Chamberlain skurja t-tieni gowl fit-tieni taqsima biex b’hekk kabbar l-iskor. Ir-rebħa tkompli tressaq lil Liverpool lejn ir-rebħ tat-titlu għall-ewwel darba wara 30 sena.

West Ham qegħdin fis-17 il-post u warajhom hemm Bournemouth u Watford. West Ham kellhom l-oppportunitajiet tagħhom, iżda ma rnexxilhomx isarfuhom f’gowls.

Għal Liverpool l-iskor ta’ 2-0 kien biżżejjed biex jirbħu l-logħba u jkomplu jżidu man-numru ta’ logħob li rnexxielhom jirbħu. S’issa Liverpool irnexxielhom ma jitilfuq b’kollox 41 logħba mill-Premier League.