Ir-rebbieħa tas-Super League Triathlon tagħti t-trofew lil Jake

Il-finali tas-Super League Triathlon tan-nisa li saret f’Malta dan il-weekend intrebħet mill-Amerikana Katie Zaferes. L-atleta għamlet wirja mill-aqwa, fejn tul it-tellieqa baqgħat dejjem fuq quddiem. B’hekk Zaferes irnexxielha tirbaħ ukoll il-flokk ir-roża.

Hi lestiet it-tellieqa f’35minuta u 33 sekonda.

Għaxar sekondi biss warajha daħlek Rachel Klamer u ftit wara daħlek Yuko Takahashi.

L-Amerikana ippreżentat it-trofew li rebħet lill-atleta Malti, Jake Vella. Jake bħala l-ambaxxatur tal-isport fetaħ il-finali tas-Super League Triathlon.