Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tar-ritratti tal-karnival

Read in English.

Jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal viva l-jiem tal-Karnival! Imma għall-kompetizzjoni ta’ Newsbook.com.mt l-aktar li għajtu kienu t-tfal, hekk kif irċevejna għexieren ta’ ritratti mingħand il-qarrejja. Kollha kienu ta’ tfal lebsin tiżwieqa ta’ kostumi ta’ kull tip u kwalità.

Qed nippubblikaw l-aqwa ħames ritratti li rċevejna, bir-rebbieħa tkun Joanna Bugeja li rebħet ktieb minn Faraxa Publishing.

Ir-rebbieħa ntgħażlet minn Miguela Xuereb, fotografu ta’ Newsbook.com.mt fuq il-kriterji tal-isbaħ kostum u l-aktar ritratt artistiku.

Dawn huma r-ritratti li għamluha mal-ewwel ħamsa: