Ir-rebbiegħa tagħti aktar enerġija għall-għoti tad-demm

Appell għad-donazzjonijiet tad-demm hekk kif ninsabu fuq l-għatba tar-Rebbiegħa u wieħed jibda jħossu aħjar wara x-xhur kesħin tax-xitwa.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li waqt li l-ammont ta’ donazzjonijiet tad-demm li saru tul l-aħħar xhur kien pożittiv, ir-riserva mhux dejjem kienet fl-aqwa livell mistenni mill-isptarijiet.
Jgħid li r-riserva li għandu bħalissa taf ma tibqax biżżejjed biex tlaħħaq mal-inċidenti li jsiru kuljum.
Iċ-Ċentru ta’ Gwardamangia jkun miftuħ kuljum it-8am sas-6pm. Nhar il-Ħadd li ġej, l-Għawdxin jistgħu jmorru jagħtu d-demm fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bejn it-8am u s-1pm.