Ir-reazzjoni tal-PL dwar it-tibdil fix-Shadow Cabinet

Il-Partit Laburista qal li bit-tneħħija ta’ Joe Cassar minn shadow minister tas-saħħa, l-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil qed jaħrab milli jieħu responsabbilita’ għad-diżastru li tħalla fis-settur tas-saħħa mill-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern.

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista, tgħid li Simon Busuttil għamel dan il-pass għax jaf li mill-investigazzjoni li saret u minn dak li għad irid joħroġ, il-Gvern Nazzjonalista falla fejn tidħol is-saħħa.

Il-PL żied jgħid li l-akbar problema hija li issa Joe Cassar, li fi kliem il-Partit Laburista ġab diżastru fil-qasam tas-saħħa, se jkun responsabbli mill-edukazzjoni tat-tfal.

Post l-eks-Ministru Joe Cassar, bħala shadow minister tas-saħħa, ħadu d-deputat ġdid Nazzjonalista Claudio Grech.