Ir-realtà hija differenti minn dik li jpinġi l-Gvern jgħid Delia

PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ikkritika lilll-Gvern li jinteressah biss li ‘jidher li qed jaħdem’ waqt li fil-verita’  lanqas biss jirrikonoxxi l-problemi li jinqalgħu. Delia qal li l-Gvern ‘għaffiġha’ meta ħoloq skema dwar trasport b’xejn għall-istudenti kollha u minflok ħoloq sitwazzjoni fejn dawk li kienu jużaw it-trasport bi ħlas se jitħallew l-art minkejja li lesti jkomplu jħallsu għalih.

Waqt li kien qed jitkellem fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Delia qal li l-Gvern jimpurtah biss mill-iskemi, mill-kampaniji li fihom jgħammex lin-nies iżda ma jimpurtax mis-sustanza dwar kif se jisolvi l-kwistjonijiet.

Dwar l-ambjent, huwa qal li Malta għandha r-raba’ l-aktar arja maħmuġa f’Unjoni Ewropeja iżda l-Gvern mhux lest jirrikonoxxi l-problema ‘aħseb u ara jiddiskutiha u jsolvi l-problema’.

Delia qal li f’Malta r-realtà tan-nies hija differenti mid-dehra tal-pajjiż li jrid jagħti l-Gvern. Huwa qal li s-soċjetà qed tavvanza bin-numri iżda mhux bilfors li n-nies qed jgħixu aħjar. Huwa spjega kif l-ekonomija qed titkabbar imma t-tkabbir mhux qed jasal għand in-nies.

Dwar iż-żgħażagħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Gvern irid ‘daħlilhom liġi biex joffrihom d-droga’ waqt li l-PN irid joffrilhom liż-żgħażażgħ għażla ta’ sport u kultura biex jieħdu pjaċir u jagħtu pjaċir mingħajr ma imissu mal-vizzji. Insista li l-inizjattiva l-ġdida tal-partit ‘Future Leaders’ hija ntenzjonat biex l-Partit jixxettel, reġa l-ħajja lil PN.