“Ir-realtà hi li l-problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jaffettwaw lil kulħadd” – L-Isqfijiet

Read in English.

Ir-realtà hi li l-problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jaffettwaw lil kulħadd. Dan intqal mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex permezz ta’ stqarrija dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali li jitfakkar għada, 10 ta’ Ottubru.

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi spjegaw li kif il-problemi tas-saħħa mentali ma jħarsux lejn età, razza, ġeneru, sfond soċjali, dħul eċċ.

Qalu li persuni li jaffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali, u qrabathom, jistgħu jsibuha diffiċli ħafna. Dawn l isfidi għadhom iġorru stigma kbira. Nies bi problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jitqiesu bħala ta’ rieda dgħajfa, u jistgħu jaslu biex jemmnu dan huma stess. Xi wħud jistgħu jħossuhom iżolati mill komunità tagħhom, u forsi anke minn Alla.

Irrimarkaw li jixtiequ jaqsmu l-qawwa u l-inkoraġġiment li Alla jagħti lil dawk li qed jaffaċċjaw dawn -it-tip ta’ problemi, u lill-familji tagħhom. “Mhumiex piż fuq ħaddieħor, imma huma parti vitali mill-Ġisem ta’ Kristu, bi rwol speċjali li jista’ jitwettaq minnhom biss. Permezz ta’ Kristu, dawk l oqsma f’ħajjitna fejn inħossuna bla saħħa jsiru dawk l oqsma fejn Alla jista’ jaħdem fina, u jsiru wkoll sors ta’ qawwa għal ħaddieħor,” komplew jgħid l-isqfijiet. Huma semmew kif San Pawl kiteb li l Mulej qallu: “Biżżejjed għalik il grazzja tiegħi; għax il qawwa tiegħi tidher fl aqwa tagħha fejn hemm id dgħajjef” (2 Kor 12:9).

Fid-dawl tat-tema għal dan il-jum: Saħħa Mentali għal Kulħadd: Investiment Ikbar – Aċċess Aħjar”, l-Isqfiiet ħeġġew għal investimenti akbar fis-saħħa mentali, partikolarment matul din l-emerġenza tas-saħħa globali u anke wara li tgħaddi, “biex ħadd ma jibqa’ l-art.”

Huma talbu biex in-nies kollha bi problemi ta’ saħħa mentali dejjem jiġu milqugħa, inklużi u jingħataw appoġġ, speċjalment fi ħdan il-Knisja, il-Poplu ta’ Alla, fejn kull membru huwa għażiż. Talbu biex ikunu dejjem lesti li jakkumpanjaw lil kull min jista’ jkun għaddej minn żmien diffiċli u talbu wkoll lil Alla biex jgħinhom jaħdmu għal soċjetà li fiha kulħadd huwa għażiż u d-dinjità ta’ kull bniedem tkun rispettata.