Ir-re Tajlandiż jopponi għall-kandidatura ta’ oħtu bħala PM

Il-Prinċipessa Tajlandiża stqarret li se tkun qed taħdem biex issir il-prim ministru tal-pajjiż, iżda għal din il-proposta, ħuha li hu r-re tat-Tajlandja malajr oppona. Aktar kmieni llum, hi qalet li trid lit-Tajlandja timxi ‘l quddiem, iżda ma kkummentatx dwar il-kandidatura tagħha.

Il-Prinċipessa ta’ 67, ixxukkjat il-pajjiż meta ħabbret li kienet il-kandidat primarju ministerjali għall-partit populist leali lejn l-eks persuna li okkupa dan il-post u li ġie mkeċċi mill-kariga fl-elezzjoni tal-24 ta’ Marzu tas-sena l-oħra.

Ir-re ta’ 66 sena qal li l-kandidatura ta’ oħtu m’hijiex xierqa u li tmur il-kostituzzjoni rjali fejn tgħid li membri mill-familja rjali ma jistgħawx jinvolvu ruħhom fil-politika.