“Ir-rata tal-VAT mhix se tiżdied” – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li qabel l-elezzjoni ta kelma li mhux se tiżdied ir-rata tal-VAT, u se jkun qed iżommha.

Waqt il-programm Reporter fuq TVM, il-Prim Ministru saħaq li l-ispekulazzjonijiet li se tiżdied il-VAT huma infondati.

Żied jgħid li kull sena jiżdiedu t-taxxi indiretti u dejjem isiru ċertu shifts fit-tassazzjoni.

Qal li miżura li żgur se titħabbar fil-baġit li ġej hija r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn Marzu 2014.