Ir-rata tal-imgħax tal-istocks tal-Gvern għas-6 xhur li ġejjin

money

It-Teżor ħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn is-27 ta’ Mejju 2018 u s-26 ta’ Novembru 2018 (iż-żewġ dati inklużi) hi ta’ 0.079% p.a.
Din ir-rata ta’ mgħax hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ħamis 24 ta’ Mejju 2018 b’ -0.271%, flimkien ma’ spread ta’ 35 basis points.