Ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra

L-Ispeaker Anġlu Farrugia llum qiegħed fuq il-Mejda tal-kamra r-Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2013.
Dan wara li l-Awditur Ġenerali, Anthony C. Mifsud Ġenerali ppreżentalu r-rapport.
Ir-rapport jinkludi fost l-oħrajn deskrizzjoni dwar ir-relazzjonijiet li kellu l-NAO mal-Parlament permezz tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat tal-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Hemm ukoll ġabra fil‑qosor tar‑rapporti kollha ta’ verifika ppubblikati matul l‑2013.
Ir‑Rapport jagħti deskrizzjoni tal‑iżviluppi relatati ma’ Riżorsi Umani li saru matul is‑sena, bħal tibdil fin-numru tal-impjegati, ir‑reklutaġġ, u miżuri li jiffavorixxu l‑familja.
Hemm ukoll aċċenn għall-preparazzjonijiet li qed isiru mill-Uffiċċju biex tiġi organizzata l-Konferenza tal-Awditur Ġenerali tal-Commonwealth li ser issir f’Malta bejn il-25 u s-27 ta’ Marzu 2014.
 
Ir-rapport sħiħ hawn taħt.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo