Ir-rapport tad-due diligence: “Konferma li adegwati”; “Ippubblikawh”

Adrian-Delia-Bernard-Grech-Newsbook

Read in English.

Ir-rapport tad-due diligence jikkonferma li jien kandidat adegwat, qal il-Kap kurrenti tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Dan filwaqt li l-avukat Bernard Grech ħeġġeġ lill-Kunsill Amministrattiv tal-partit biex jippubblika r-rapport.

Iż-żewġ kandidati rreaġixxew wara li l-kummissjoni ddikjarat liż-żewġ kandidati adegwati għall-elezzjoni.

Fuq Facebook, Delia qal li fl-aħħar tliet snin hu kien fil-mira ta’ attakki mingħajr bażi u gideb.  Qal li r-rapport jikkonfrma li hu adegwat biex imexxi l-partit. Żied jgħid li dan ikkonferma li għal kull gidba ma kienx hemm evidenza li tissostanzjaha.

Illum grazzi speċjali.Il-qalb li urejtuni dalgħodu rimarkabbli.Ilbieraħ ingħatajt raġun minn bord ta esperti fid-Due…

Posted by Adrian Delia on Sunday, September 13, 2020

Intant, l-avukat Bernard Grech qal li hu formalment talab kopja tar-rapport li jikkonċerna lilu mill-kummissjoni tal-kandidati. Żied jgħid li hu kien diġà ħabbar xi jiem ilu li kien se jippubblikaha immedjatament. Hu wkoll qal li ħeġġeġ lill-kunsill amministrattiv biex jippubblika r-rapport sħiħ b’mod immedjat.

Ilbieraħ filgħaxija tlabt formalment lill-Kummissjoni Kandidati biex tgħaddili kopja tar-rapport ta’ Diliġenza Pruvata…

Posted by Bernard Grech on Sunday, September 13, 2020

Il-PL iddeskriva l-eżerċizzju tad-due diligence bħala “falz u superfiċjali”

Il-Partit Laburista ddeskriva r-rapport dwar id-due bħala “falz u superfiċjali”. Fi stqarrija llum, il-Partit Laburista talab lill-PN biex jippubblika r-rapporti għall-iskrutinju tal-pubbliku.