Ir-rapport ta’ fattibilità ta’ mina bejn il-gżejjer se jiġi ppreżentat lill-pubbliku

Ir-rapport ta’ fattibilità dwar il-mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex se jkun is-suġġett ta’ preżentazzjoni għall-pubbliku mill-ekonomista Gordon Cordina.
Il-Gozo Business Chamber qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal din l-attività, li se ssir f’lukanda f’Għajnsielem, Għawdex, nhar il-Ġimgħa filgħaxija.
Ir-rapport issemma fl-aħħar Diskors tal-Baġit, bil-Ministru Edward Scicluna jgħid li dan ikkonkluda li mina hi iktar fattibbli milli pont u li issa jmiss studju tekniku u ġeoloġiku li għalih ġew ivvutati fondi apposta fil-Baġit għas-sena d-dieħla