Ir-rapport dwar ir-riskji sar ferm qabel ma beda l-inkwiet – Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern għamel Risk Assessment ferm qabel ma beda l-inkwiet.

“Ir-Risk Assessment sar qabel ma beda l-inkwiet, inqalgħet dik u nqalgħet l-oħra, xejn minn dan, l-ewwel risk assessment sar fl-2013 u ġie aġġornat fl-2017 u abbażi tiegħu l-MoneyVal seta’ jidħol fid-dettal u għamel ċertu kritika u rakkomandazzjonijiet,” qal il-Ministru.

“F’25 sena ma saru l-ebda risk assessment u allura l-Gvern Nazzjonalista ma setax ikun jaf fejn huma r-riskji,” kompla jgħid Scicluna.

Huwa qal li bejn 1998-2002, kien hemm biss sitt prosekuzzjonijiet u l-ebda waħda ma wasslet għall-ebda sentenza ta’ kundanna.

Scicluna qal li r-rapporti ta’ MoneyVal preċedenti sabu numru ta’ nuqqasijiet serji u allura l-Gvern mhu se jieħu l-ebda parir mill-Oppożizzjoni.

Huwa qal f’dawn l-aħħar snin, in-nuqqas ta’ STRs (rapport dwar transizzjonijiet suspettużi) żdiedu b’mod sproporzjonali.