Ir-rapport dwar il-każ ta’ Daryl Luke Borg mhux se jiġi ppubblikat

Il-Ministru għall-Intern, Carmelo Abela qal li mhux se jiġi ppubblikat ir-rapport dwar il-każ ta’ Daryl Luke Borg ta’ 27 sena.
Sostna li dan kien każ intern tal-Pulizija. Il-każ kien seħħ fit-8 ta’ Awwissu tas-sena li għaddiet, meta Borg kien arrestat mill-Pulizija fuq serqa li kienet saret f’Birkirkara.
Wara irriżulta li Borg kien innoċenti hekk kif Roderick Grech ta’ 22 sena kien ammetta.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-Ministeru għadu ma rċeviex kopja tar-rapport dwar il-każ ta’ Borg.
Sostna li għandu jkun il-Kummissarju li jiddeċiedi jekk dan ir-rapport għandux jiġi ppubblikat. 

Il-Partit Nazzjonalista kien ippreżenta mozzjoni fil-Parlament biex din l-inkjesta u oħra dwar każ f’Haż-Żabbar, jiġu ppubblikati.