Ir-rapper Taljan Kobra f’Malta

Magħruf l-aktar għall-kanzunetti oriġinali tiegħu, ir-rapper Taljan Kobra se jkun Malta fi tmiem il-ġimgħa biex nhar il-Ħadd 19 ta’ April jieħu sehem waqt attività li se tittella’ minn Ally-El Entertainment fit-teatru tal-kulleġġ San Benedittu f’ Ħal Kirkop.

Ir-rapper għandu 20 sena u mhux se jkun l-unika mistieden internazzjonali fl-avveniment li se jsir nhar il-Ħadd f’Ħal Kirkop.

Fil-fatt se jkun hemm ukoll il-kantanta Taljana ta’ 17-il sena Hidden. Dawn iż-żewġ artisti huma rappreżentati minn Diamond Sound Music.

Hidden

L-avveniment se jiftaħ fl-10am u jibqa’ għaddej sa’ 8pm. Kobra u Hidden mistennija jkantaw wara nofsinhar wara s-1pm.

Se jkun hemm ukoll artista oħra, Lori Glori li għandha repertorju u karriera fl-Istati Uniti. Se tkun qed tagħti l-wirja tagħha għall-ħabta ta’ 6pm.

Lori Glori

Għal aktar informazzjoni tistgħu tibagħtu emejl fuq allyelentertainment@gmail.com