Ir-ramel is-soluzzjoni tal-batteriji tal-mowbajl

Mhux l-ewwel darba li taqa' l-batterija tal-mowbajl fl-aktar mument li jkollok bżonnu.
Issa iżda, jidher li se tissolva din il-problema.
Student universitarju minn Kalifornja sab is-soluzzjoni meta kien fuq bajja.
Jidher li r-ramel hu magħmul minn materjal li filfatt jintuża għal tipi partikolari ta' batteriji.
Is-silikon jiflah iżomm l-enerġija, iżda huwa materjal li diffiċli tipproduċih.
L-istudent ġabar ftit ramel u saħħnu bil-melħ u manjesju.
Ir-riżultat kien wieħed li jtejjeb il-batteriji magħmulin mill-litju.
Jidher li l-batterija tal-prototip baqgħet taħdem għal tliet darbiet aktar milli taħdem issoltu.