Ir-raġel tal-President ta’ Malta jinsab qawwi u sħiħ

Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca jinsab qawwi u sħiħ.
Huwa ċaħad rapport falz li deher fuq News360, midja Amerikana li rrapurtat li miet wara li ddaħħal l-isptar minħabba uġigħ f’żaqqu.
Fuq Facebook, Preca kiteb “Nirringrazzja lill-Mulej li għadni ħaj”.
News 360 irraporta li Preca jinsab fil-kamra mortwarja għall-awtopsja u li Malta qed ittajjar il-bnadar mezz’asta.