Ir-raġel li spara f’mużew Lhudi jintbagħat il-Belġju

Il-Qorti Franċiża bagħtet fil-Belġju lir-raġel suspettat li spara u qatel erba’ persuni meta daħal jispara ġo mużew Lhudi fi Brussell.
L-inċident seħħ f’Mejju li għadda meta raġel daħal ġol-mużew u fetaħ in-nar fuq dawk preżenti.
Huwa kien qatel koppja Iżraeljana, voluntiera Franċiża u ħaddiem Belġjan.
Kelliem għall-puliżija Belġjana qal li l-akkużat, li għandu 29 sena, wasal Brussell it-Tlieta wara nofsinhar u ġie interrogat.
Jidher li l-akkużat kien qatta’ aktar minn sena jiġġieled mal-militanti Iżlamiċi fis-Sirja.
L-akkużat kien arrestat f’Marseille f'Ġunju li għadda, u ngħaraf għax kien qed iġorr arma simili għal dik li ntużat fl-attakk.