Ir-raġel li qatel lil martu fi Florida kien kiteb ktieb dwar iż-żwieġ

Ir-raġel li qatel lil martu fi Florida u tella’ ritratt tal-katavru tagħha fuq Facebook, kien kiteb ktieb dwar iż-żwieġ u r-relazzjonijiet.

Fil-ktieb, l-awtur jagħti diversi pariri ta’ counselling filwaqt li emfasizza l-bżonn ta’ komunikazzjoni mal-membri tal-familja. Hu jitkellem ukoll dwar xi tfisser l-imħabba vera, ż-żwieġ, il-paċi u l-kuntentizza.

L-awtur jiddiskuti wkoll il-fallimenti fil-familja u jagħti soluzzjonijiet u pariri biex wieħed isaħħaħ ir-relazzjoni mal-maħbub jew maħbuba tiegħu.

Derek Medina, ta’ 31 sena ammetta fil-Qorti li spara diversi tiri tan-nar lejn  il-mara tiegħu ta’ 26, Jennifer Alonso. Medina saħaq li hi kienet tagħtu daqqa ta’ ponn u lestiet sikkina biex tattakah biha qabel ma hu qatilha.