Ir-raġel li nqabad b’kilo kannabis se jinżamm arrestat f’daru

Ir-raġel ta’ 35 sena li nqabad fil-fatt b’kilo kannabis se jinżamm arrest f’daru.
Ir-raġel minn Raħal Ġdid wieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga kannabis u issa kien ordnat biex ma joħroġx minn daru fuq garanzija personali ta’ €5,000 u depożitu ta’ €5,000 oħra.
Hu kien arrestat f’Ħal Qormi nhar il-Ħamis li għadda.